Skip to main content
For information on scheduled website maintenance and other important news, see News and Updates.
My Aged Care Home My Aged Care
  • Home
  • Types of care
    • Where to start?
    • Learn about types of care
    • Am I eligible?
    • Help at home
    • Short-term care
    • Aged care homes
  • Assessment
    • The assessment process
    • How to apply for assessment
    • Prepare for your assessment
    • After your assessment
    • When to get re-assessed
    • Apply for assessment online
  • Find a provider
    • Search for a provider
    • Compare providers
    • What to consider
    • Understanding costs
    • Setting up services
  • Manage my services
    • How to make changes
    • Arranging someone to support you
    • Access your Online Account
  • Contact us
    • How to contact us
    • Accessible services
    • About My Aged Care
    • Complaints process
  • News
    • News and updates
    • Improving Australia's aged care system
Languages
Popular pages
Home Care Packages Access your Online Account Arranging someone to support you Aged care home costs and fees Respite care
Tools to support you
Find a provider
How much will I pay?
Make a referral
Start typing what you're looking for and select 'Enter' to see your search results or choose from the 'Suggestions' list that appears. If you're not sure what to search for, you can browse our popular pages and tools.

Breadcrumb

  1. Għajnuna biex nikkuntattja My Aged Care

Ilmenti

Facebook X (Twitter) Email Copy

Jekk għandek tħassib dwar xi aspett tal-esperjenza tal-kura tal-anzjani tiegħek (jew ta’ xi ħadd maħbub), huwa importanti li tqajjemhom.

Hemm modi differenti kif tagħmel ilment, skont x'inhu t-tħassib tiegħek. Agħżel is-sitwazzjoni tiegħek mil-lista hawn taħt:

Għandi tħassib dwar My Aged Care (I have concerns about My Aged Care)

Għandi tħassib dwar il-valutazzjoni tiegħi (I have concerns about my assessment)

Ma naqbilx mad-deċiżjoni ta' valutazzjoni komprensiva tiegħi (I don’t agree with my comprehensive assessment decision)

Għandi tħassib dwar il-kalkolu tal-ispejjeż tiegħi tal-kura tal-anzjani, jew ittra li rċevejt mingħand Services Australia (I have concerns about the calculation of my aged care costs, or a letter I've received from Services Australia)

Għandi tħassib dwar il-fornitur tas-servizz tiegħi (I have concerns about my service provider)

Għandi tħassib dwar l-abbuż tal-anzjani (I have concerns about elder abuse)

Ikseb għajnuna biex tagħmel ilment (Getting help to make a complaint)

Modi oħra kif teskala l-ilment tiegħek (Other ways to escalate your complaint)

Għandi tħassib dwar My Aged Care

Għandek id-dritt li tipprovdi feedback jew tagħmel ilmenti dwar l-informazzjoni jew is-servizz li tirċievi minn My Aged Care.

  1. L-ewwel ikkuntattja lil My Aged Care 

Ċempel My Aged Care biex tiddiskuti t-tħassib tiegħek u staqsi għall-għajnuna tagħhom. Jekk it-tħassib tiegħek ma jiġix solvut  skont dak li titlob inti tingħata numru ta' referenza tal-ilment biex issegwi l-progress tal-ilment tiegħek. Uża dan in-numru ta' referenza għal kwalunkwe komunikazzjoni futura ma' My Aged Care.

Għażliet ta' kuntatt biex jitressaq ilment:

  • Telefown: 1800 200 422
  • Posta: My Aged Care Complaints, PO Box 1237, Runaway Bay, QLD 4216

Għal ilmenti mibgħuta bil-posta, għandek tirċievi telefonata minn My Aged Care fi żmien 10 sa 14-il gurnata minn meta Jasall-ilment. Numru ta' referenza tal-ilment se jiġi pprovdut f'dan il- waqt. 

  1. Mhux sodisfatt bir-riżultat? 

Jekk m'intix sodisfatt bir-risposta li tirċievi, ibgħat email bid-dettalji tal-ilment tiegħek u n-numru ta' referenza lil myagedcaresupport@health.gov.au.
 

Għandi tħassib dwar il-valutazzjoni tiegħi

Għandek id-dritt li tesprimi t-tħassib tiegħek dwar l-esperjenza tal-valutazzjoni tiegħek, inkluż ir-riżultat tad-deċiżjoni tal-valutazzjoni tiegħek. 

  1. L-ewwel ikkuntattja lill-assessur tiegħek

Ikkuntattja lill-assessur jew lill-organizzazzjoni tal-valutazzjoni tiegħek biex tiddiskuti t-tħassib tiegħek u staqsi għall-għajnuna tagħhom biex issolvi l-kwistjoni. Huma għandhom l-proċess tal-ilmenti tagħhom stess li jkollok bżonn issegwi. Jekk ma tafx id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, My Aged Care tista’ tagħtihom lilek.

  1. Mhux sodisfatt bir-riżultat? 

Jekk m'intix sodisfatt bir-risposta li tirċievi, ċempel My Aged Care fuq 1800 200 422.
 

Ma naqbilx mad-deċiżjoni ta' valutazzjoni komprensiva tiegħi 

Għandek id-dritt li tikkontesta d-deċiżjoni ta' valutazzjoni deskritta fl-ittra ta' approvazzjoni tiegħek.

  1. L-ewwel ikkuntattja lill-assessur tiegħek

Jekk ma taqbilx mar-riżultat tal-valutazzjoni, jew trid tiddiskuti xi kwistjonijiet dwar id-deċiżjoni, ikkuntattja lill-assessur jew lill-organizzazzjoni tal-valutazzjoni tiegħek.

  1. Mhux sodisfatt? Itlob għal reviżjoni tad-deċiżjoni (mingħajr ħlas)

Jekk għadek mhux sodisfatt, tista' titlob għal reviżjoni tad-deċiżjoni mingħajr ħlas billi tikteb lis-Secretary of the Australian Government Department of Health and Aged Care. Fl-ittra tiegħek, iddeskrivi għaliex taħseb li d-deċiżjoni għandha tinbidel. L-ittra tiegħek trid tintbagħat lis-Segretarju fi żmien 28 jum minn meta tirċievi l-ittra ta’ approvazzjoni tiegħek.

Indirizz postali: 

The Secretary
Department of Health and Aged Care
Attn: Single Assessment System Program Reconsiderations
GPO Box 9848
ADELAIDE SA 5001

  1. Għad għandek tħassib? Itlob għat-tieni reviżjoni tad-deċiżjoni (se jkun hemm ħlas)

Jekk ma taqbilx mal-eżitu tar-reviżjoni tas-Segretarju, tista’ tmur il Administrative Review Tribunal [Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva], iżda jkun hemm ħlas. Sir af aktar fuq il-websajt tal Administrative Review Tribunal website.
 

Għandi tħassib dwar il-kalkolu tal-ispejjeż tiegħi tal-kura tal-anzjani, jew ittra li rċevejt mingħand Services Australia 

Services Australia jista’ jgħidlek kemm ser tħallas b’kollox tal -kura fid-Dar iffinanzjat mill-gvern jew post f’dar tal-kura tal-anzjani. Biex jagħmlu dan, huma jużaw l-informazzjoni dwar id-dħul u l-assi tiegħek. Imbagħad jibagħtulek ittra biex jgħidulek kemm ser tħallas għall-ispejjeż tal-kura tal-anzjani tiegħek.

Jekk għandek mistoqsija jew tħassib dwar il-kalkolu tal-ispejjeż tal-kura tal-anzjani tiegħek, għandek tikkuntattja lil Services Australia. Tista' wkoll tibbukkja appuntament ma' Aged Care Specialist Officer [Uffiċjal Speċjalist fil-Kura tal-Anzjani].

Hemm għadd ta' modi kif tista' tipprovdi feedback dwar is-servizz li rċevejt mingħand Services Australia. Skopri kif tipprovdi lmenti u feedback.

Jekk tirċievi ħlas skont l-assi u d-dħul tiegħek mid-Department of Veteran’s Affairs [Dipartiment tal-Affarijiet tal-Veterani] (DVA), għandek tikkuntattja lid-DVA.
 

Għandi tħassib dwar il-fornitur tas-servizz tiegħi 

Għandek id-dritt li tagħmel ilment dwar kwalunkwe aspett tal-kura u s-servizzi li tirċievi mingħand fornitur tas-servizz sussidjat mill-Gvern Awstraljan.

  1. L-ewwel ikkuntattja lill-fornitur tas-servizz tiegħek

Kemm jekk int imħasseb dwar il-kwalità tal-kura tiegħek, kif tiġi ttrattat, mill-istaff l-eżattezza tal-fatturi tiegħek jew l-għażla tal-attivitajiet ipprovduti mill-fornitur tal-kura tal-anzjani tiegħek, l-ewwel pass, jekk tħossok komdu, huwa li tikkuntattja tas-servizz tiegħek direttament. Iddiskuti t-tħassib tiegħek magħhom biex tara jekk jistgħux jgħinu biex issolvi l-kwistjoni tiegħek. Kull fornitur tas-servizz għandu l-proċess tal-ilmenti tiegħu stess li jsegwi.

  1. M’intix sodisfatt bir-riżultat?

Jekk m’intix sodisfatt bir-rispons tal-fornitur tas-servizz tiegħek, tista’ tagħmel ilment lill-Aged Care Quality and Safety Commission online jew billi ċċempel 1800 951 822. Kulħadd jista’ jagħmel ilment u s-servizz huwa b’xejn. Tista' tilmenta b'mod anonimu, kunfidenzjali jew fil-miftuħ. Tista' tikkuntattja lill-Kummissjoni anki jekk ma tkunx kellimt mal-fornitur tiegħek l-ewwel.
 

Għandi tħassib dwar l-abbuż tal-anzjani 

Ċempel il-linja nazzjonali 1800 ELDERHelp (1800 353 374) (telefonata bla ħlas) biex tkellem lil xi ħadd dwar abbuż potenzjali jew attwali fuq l-anzjani. Dan is-servizz jipprovdi informazzjoni dwar kif tista’ tikseb għajnuna, appoġġ u riferimenti. Kull stat u territorju  jipprovdu informazzjoni dwar l-abbuż u l-prevenzjoni tal-abbuż, kif ukoll kuntatti u għażliet utli biex tinkiseb għajnuna:

Stat/territorju                              Organizzazzjoni jew riżorsi                            Kuntatt                     
Australian Capital TerritoryOlder Persons Abuse Prevention 
Referral and Information Line (APRIL)
02 6205 3535
New South WalesNSW Elder Abuse Helpline1800 628 221
Northern TerritoryElder Abuse Information Line1800 037 072
QueenslandElder Abuse Prevention Unit1300 651 192
South AustraliaAged Rights Advocacy Service
Elder Abuse Phoneline
08 8232 5377
1800 700 600
TasmaniaTasmanian Elder Abuse Helpline1800 441 169
VictoriaSeniors Rights Victoria1300 368 821
Western AustraliaElder Abuse Helpline1300 724 679


 

Ikseb għajnuna biex tagħmel ilment

The Older Persons Advocacy Network (OPAN) 

The Older Persons Advocacy Network (OPAN) jipprovdi appoġġ biex jgħin issolvi t-tħassib u l-ilmenti f'ismek. Huma jipprovdu wkoll appoġġ għal nies li qed jesperjenzaw abbuż fuq l-anzjani. Din l-għajnuna hija b'xejn, indipendenti u kunfidenzjali.
 
Aqra aktar fuq il-paġna tagħna ta' Advocacy jew żur il-websajt tal-OPAN.
 

Modi oħra kif teskala l-ilment tiegħek 

Commonwealth Ombudsman [Ombudsman tal-Commonwealth]

Jekk għadek m'intix sodisfatt bir-riżultat jew bl-immaniġġjar tal-ilment tiegħek wara li ssegwi l-proċess rilevanti tal-ilmenti, tista' tikkuntattja h lill-Ombudsman tal-Commonwealth. Żur il-websajt għal aktar informazzjoni jew ċempel 1300 362 072.

Department of Health and Aged Care – Rappurtar ta’ suspett ta’ frodi

Jekk tissuspetta li xi ħadd huwa involut fi frodi fl-għoti jew kif jingħata a' servizz ta' kura tal-anzjani, inħeġġuk biex tirrapporta dan lid-dipartiment. Eżempju ta' frodi jista' jinkludi fejn persuna anzjana tkun ġiet iċċarġjata għal servizz ta' kura tal-anzjani li ma kienx ipprovdut.

Tista' tirrapporta frodi suspettata billi:

  • timla l-formola ta’ Report suspected fraud form [Formola ta’ rapport suspettat ta’ frodi] fuq il-websajt tad-i Department of Health and Aged Care website
  • iċċempel lid-Department of Health and Aged Care Fraud Hotline fuq 1800 829 403, mid-9am sal-5pm AEST, mit-Tnejn sal-Ġimgħa; jew
  • jibgħat email l bid-dettalji il reportfraudorcorruption@health.gov.au.

Aktar informazzjoni dwar il-frodi u kif tirrapporta tinsab fuq il-websajt tad-Department of Health and Aged Care.
 

Servizzi ta' komunikazzjoni

Is-Translating and Interpreting Service [Servizz ta' Traduzzjoni u Interpretazzjoni] (TIS) huwa disponibbli jekk għandek bżonn għajnuna jew tixtieq tikkomunika b'lingwa oħra għajr l-Ingliż.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja My Aged Care fuq 1800 200 422 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa 8am-8pm u s-Sibt 10am-2pm) u aħna nqabbdu interpretu biex jgħinna nwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek.

Tista' wkoll iċempel lil TIS fuq 131 450. TIS ikopri aktar minn 160 lingwa uhuwa isponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa bil-prezz ta' telefonata lokali.

TIS se torganizza interpretu biex jgħinek titkellem ma' My Aged Care.

Din il-paġna ġiet aġġornata fid-9 ta' Diċembru 2024.

In this section
Malti / Maltese
Biex tifhem l-ispejjes tal-kura tal-anzjani
Difiża
Għajnuna biex nikkuntattja My Aged Care
Kif tapplika għal assessar
Ipprepara għall-valutazzjoni tiegħek
Back to top

Further information

  • For health professionals
  • For service providers
  • For carers
  • Support and advocacy
  • Non government-funded providers
  • Quality
  • Aged care reforms
  • Frequently Asked Questions
  • News and updates
  • Resources

Tools

  • Apply for assessment
  • Income and means assessments
  • Eligibility checker
  • Fee estimator
  • Non-compliance checker
  • Make a referral
  • Find a provider
  • Help explorer
  • My guide to aged care

Contact us

1800 200 422 (Freecall)

Mon - Fri 8am - 8pm

Saturday 10am - 2pm

More contact options

Accessible for all

Complaints

About us

Footer site info links

  • Terms of use
  • Privacy
  • Glossary
  • Sitemap
© Commonwealth of Australia.
Site Version: 85aa0ffb-master