Skip to main content
For information on COVID-19, scheduled website maintenance and other important news, see News and updates.
My Aged Care Home My Aged Care
  • Home
  • Types of care
    • Where to start?
    • Learn about types of care
    • Am I eligible?
    • Help at home
    • Short-term care
    • Aged care homes
  • Assessment
    • The assessment process
    • How to apply for assessment
    • Prepare for your assessment
    • After your assessment
    • When to get re-assessed
    • Apply for assessment online
  • Find a provider
    • Search for a provider
    • Compare providers
    • What to consider
    • Understanding costs
    • Setting up services
  • Manage my services
    • How to make changes
    • Aged care representatives
    • Access your Online Account
  • Contact us
    • How to contact us
    • Accessible services
    • About My Aged Care
    • Complaints process
  • News
    • News and updates
    • Improving Australia's aged care system
Languages

Difiża

Facebook Twitter Email Copy

Is-servizzi tad-difiża jiżguraw li d-drittijiet ta’ kull min ikun qed jirċievi jew ifttex servizzi tal-kura tal-anzjani jkunu issapportjati. Huma jagħmluha wkoll iktar faċli biex tagħmel deċiżjonijiet dwar il-kura.

Difensur huwa persuna imparzjali li jista’ jgħinek tifhem u tiddefendi d-drittijiet tiegħek fis-sistema tal-kura tal-anzjani. Dan jinkludi li jagħmel ċert li jkollok sehem fid-deċiżjonijiet li jaffetwawk, jipprovdilek għażliet biex issib il-ħtiġijiet tiegħek fil-kura tal-anzjani u jgħinek issolvi l-ilmenti u t-tħassib.

Difensur joqgħod ħdejk, jaħdem għalik u skont id-direzzjoni tiegħek biex jirrappreżenta x-xewqat tiegħek. Dawn dejjem jitolbu l-permess tiegħek qabel ma jieħdu xi azzjoni jew jitkellmu għalik.

Servizzi ta’ difiża

Is-servizzi tad-difiża jissapportjaw id-drittijiet ta’ kull min ikun qed jirċievi jew ifittex li jirċievi servizzi tal-kura tal-anzjani u jagħmlu kapaċi lil nies anzjani li jagħmlu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kura tagħhom.

In-National Aged Care Advocacy Program (NACAP) tal-Gvern Awstraljan jipprovdi sapport tad-difiża bla ħlas, kunfidenzjali u indipendenti lin-nies anzjani li jkunu qed jirċievu servizzi tal-kura tal-anzjani iffinanzjati mill-gvern jew qed ifittxu aċċess għalihom, lill-familji u r-rappreżentanti tagħhom madwar l-Awstralja. In-NACAP jitwassal mill-Older Persons Advocacy Network (OPAN) b’lokalitajiet f’kull stat u territorju.

X’jista’ jagħmel difensur?

Difensur fil-kura tal-anzjani jista’ jgħinek b’affarijiet, inklużi:

  • jaġixxi mas-sistema tal-kura tal-anzjani
  • it-transizzjoni bejn is-servizzi tal-kura tal-anzjani
  • li tkun taf u tifhem id-drittijiet tiegħek
  • tagħmel deċiżjonijiet dwar il-kura li tirċievi
  • b’għażliet biex jintlaħqu aħjar il-ħtigijiet tiegħek tal-kura tal-anzjani
  • fis-soluzzjoni tal-ilmenti jew it-tħassib mal-provditur tiegħek tal-kura tal-anzjani dwar is-servizzi li tirċievi
  • billi jitkellem mal-provditur tas-servizz tiegħek skont id-direzzjoni tiegħek
  • billi jżiedlek il-kapaċitajiet u l-għarfien biex titkellem għalik inniffsek.

Min jista’ jkollu aċċess għas-servizzi tad-difiża?

Kull min ikun jirċievi jew ifittex is-servizzi tal- kura tal-anzjani iffinanzjati mill-gvern, inklużi l-familja u r-rappreżentanti, huma intitolati għall-aċċess tas-servizzi tad-difiża. Dan jinkludi n-nies li:

  • qed jgħixu f’dar għall-kura tal-anzjani
  • qed jirċievu servizzi tal-kura tal-anzjani fid-dar tagħhom
  • qed jirċievu kura transitorja
  • qed jgħinu lil xi ħadd li jkun qed jirċievi servizzi tal-kura tal anzjani.

Aċċess għas-servizzi tad-difiża

Biex tkun taf iktar dwar is-servizzi tad-difiża u kif ikollok aċċess għalihom, żur il-websajt tal-OPAN f’www.opan.com.au jew ċempel 1800 700 600.

Jekk għandek xi diżabilità tista’ wkoll issib lil xi ħadd biex jgħinek permezz tan-National Disability Advocacy Program (NDAP) f’www.dss.gov.au

Servizzi ta’ komunikazzjoni

It-Translating and Interpreting Service (TIS) huwa disponibbli jekk tinħtieġ l-għajnuna jew trid tikkomunika b’lingwa li mhix l-Ingliż.

TIS ikopri iktar minn 160 lingwa u huwa disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa bi ħlas ta’ telefonata lokali. TIS isibulek interpretu biex jgħinek titkellem ma’ OPAN.

  1. Ċempel lit-TIS Nazzjonali fuq 131 450
  2. Għid lill-operatur il-lingwa li titkellem
  3. Itlob lill-interpretu biex iċempel lill-OPAN fuq 1800 700 600 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn 8am u 8pm.

Tista’ wkoll tikkuntattja direttament lill-OPAN fuq 1800 700 600 u titlobhom jirranġawlek għal interpretu. OPAN jikkuntattjaw lit-TIS biex iqabbdu interpretu. Jista’ jkollok tistenna fuq il-linja għall-interpretu jew OPAN jista’ jkollhom iċemplulek lura meta jkun hemm interpretu disponibbli.

In this section
Malti / Maltese
Biex tifhem l-ispejjes tal-kura tal-anzjani
Għajnuna biex nikkuntattja My Aged Care
Kif inressaq ilment
Kif tapplika għal assessar
Kif tipprepara għall-assessar tiegħek
Back to top

Further information

  • For health professionals
  • For service providers
  • For carers
  • Support and advocacy
  • Non government-funded providers
  • Quality
  • Aged care reforms
  • Frequently Asked Questions
  • News and updates
  • Resources

Tools

  • Apply for assessment
  • Income and means assessments
  • Eligibility checker
  • Fee estimator
  • Non-compliance checker
  • Make a referral
  • Find a provider
  • Help explorer
  • My guide to aged care

Contact us

1800 200 422 (Freecall)

Mon - Fri 8am - 8pm
Saturday 10am - 2pm

More contact options
Accessible for all
Complaints
About us

Footer site info links

  • Terms of use
  • Privacy
  • Glossary
  • Sitemap
© Commonwealth of Australia.
Site Version: 55dcd01f-master