Skip to main content

Comparison Bar

0

For information on COVID-19, the Royal Commission into Aged Care Quality and Safety, scheduled website maintenance and other important news, see News and updates.

My Aged Care Home Home My Aged Care Home My Aged Care
  • Home
  • Types of care
    • Learn about types of care
    • Am I eligible?
    • Help at home
    • Short-term care
    • Aged care homes
  • Assessment
    • The assessment process
    • How to apply for assessment
    • Prepare for your assessment
    • After your assessment
    • When to get re-assessed
    • Apply for assessment online
  • Find a provider
    • Search for a provider
    • What to consider
    • Understanding costs
    • Setting up services
  • Manage my services
    • How to make changes
    • View your Online Account
  • Contact us
    • How to contact us
    • Accessible services
    • About My Aged Care
    • Complaints process
  • Languages

Search results

  • Languages
  • Home
  • Types of care
    • Learn about types of care
    • Am I eligible?
    • Help at home
    • Short-term care
    • Aged care homes
  • Assessment
    • The assessment process
    • How to apply for assessment
    • Prepare for your assessment
    • After your assessment
    • When to get re-assessed
    • Apply for assessment online
  • Find a provider
    • Search for a provider
    • What to consider
    • Understanding costs
    • Setting up services
  • Manage my services
    • How to make changes
    • View your Online Account
  • Contact us
    • How to contact us
    • Accessible services
    • About My Aged Care
    • Complaints process
  • Languages
  1. Għajnuna biex nikkuntattja My Aged Care

Kif inressaq ilment

Page Tools

Facebook Twitter Email Copy

Għandek id-dritt li tilmenta dwar kull aspett tal-esperjenza tiegħek fil-kura tal-anzjani. Jekk għandek xi tħassib tajjeb li turih.

Hemm modi differenti kif tressaq ilment, jiddependi minn xinhu t-tħassib tiegħek.

Għandi tħassib dwar My Aged Care

Għandek id-dritt li tipprovdi kummenti jew li tilmenta dwar l-informazzjoni, is-servizz jew il-kura li tircievi minn My Aged Care.

L-ewwel ikkuntattja My Aged care

Ċempel lill-My Aged Care biex tiddiskuti t-tħassib tiegħek u titlobhom l-għajnuna. Jekk it-tħassib tiegħek ma jkunx solvut bit-telefonata, aħna nagħtuk numru ta’ referenza biex tkun tista’ tiċċekkja l-progress tal-ilment tiegħek.Uża dan in-numru ta’ referenza f’kull komunikazzjoni ma’ My Aged Care.

Biex tressaq ilment inti tista’:

  • Ċċempel: 1800 200 42
  • Fax: 1800 728 174
  • Bil-Posta: My Aged Care Complaints, PO Box 210, Balwyn, Vic, 3103

Għall-ilmenti mibgħuta bil-fax jew bil-posta inti għandek tirċievi konferma minn My Aged Care fi żmien 10 ijiem tax-xogħol.

Mintix soddisfatt/a bir-riżultat?

Jekk mintix soddisfatt/a bit-tweġiba li rċevejt ibgħat email bid-dettalji tal-ilment tiegħek u n-numru tar-referenza lill- myagedcaresupport@healthdirect.org.au

Għandi tħassib dwar l-assessar tiegħi għas-sapport fid-dar ma’ Regional Assesment Service (RAS)

Għandek id-dritt li tesprimi t-tħassib tiegħek dwar l-esperjenza tiegħek fl-assessar għas-sapport fid-dar, inkluża d-deċiżjoni bħala riżultat tal-assessar tiegħek.

1. L-ewwel ikkuntattja lill-assessur tiegħek tar-RAS.

Ikkuntattja lill-assessur tiegħek tar-RAS jew l-organizzazjoni biex tiddiskuti t-tħassib tiegħek u titlobhom l-għajnuna biex tirrisolvi l-kwistjoni. Huma jkollhom il-proċess tal-ilmenti tagħhom li tkun tinħtieġ li ssegwi. Jekk ma tafx id-dettalji tal-kuntatt tagħhom My Aged Care tista’ tagħtihomlok

2. Mintix soddisfatt/a bir-riżultat?

Jek mintix soddisfatt/a bit-tweġiba li tirċievi, ċempel lill-My AgedCare fuq 1800 200 422.

Għandi tħassib dwar l-assessar komprensiv tiegħi ma’ Aged Care Assessment Team (ACAT)

Għandek id-dritt li tesprimi t-tħassib tiegħek dwar l-esperjenza tiegħek fil-proċess tal-assessar komprensiv.

1. L-ewwel ikkuntattja l-assessur tal-ACAT tiegħek

Ikkuntattja l-assessur tal-ACAT tiegħek jew l- organizzazzjoni biex tiddiskuti t-tħassib tiegħek u titlobhom l-għajnuna biex tirrisolvi l-kwistjoni. Huma jkollhom il-proċess tagħhom tal-ilmenti li inti tkun tinħtieġ li ssegwi. Jekk ma tafx id- dettalji tal-kuntatt tagħhom My Aged Care tista’ tagħtihomlok.

2. Mintix soddisfatt/a bir-riżultat?

Jek mintix soddisfatt/a bit-tweġiba li tirċievi itlobhom jagħtuk id-dettalji tal-kuntatt tal-maniġer tad-dipartiment tal-gvern tal-istat jew it-territorju tiegħek.

Ma naqbilx mad- deċiżjoni tal-assessar komprensiv tiegħi (ACAT)

Għandek id-dritt li tiċċalinġja d-deċiżjoni tal-assessar imfissra fl-ittra tal-approvazzjoni tiegħek.

1. L-ewwel ikkuntattja lill-assessur tiegħek tal-ACAT

Jekk ma taqbilx mar-riżultat tal-assessar tal-ACAT jew trid tiddiskuti d-deċiżjoni ikkuntattja l-assessur tiegħek tal-ACAT jew l-organizzazzjoni

2. Mintix soddisfatt/a? Itlob reviżjoni tad-deċiżjoni (mingħajr ħlas)

Jek tibqa’ mhux soddisfatt/a tista’ titlob reviżjoni tad-deċiżjoni, mingħajr ħlas, billi tikteb lis-Segretarju tad-Dipartiment tas-Saħħa tal-Gvern Awstraljan. Fl-ittra tiegħek fisser l-għaliex taħseb li d-deċiżjoni għandha tinbidel. L-ittra tiegħek għandha tintbagħat lis-Segretarju fi żmien 28 gurnata minn meta tirċievi l-ittra tiegħek tal-approvazzjoni.

Indirizz postali:
The Secretary
Department of Health

Attn: Aged Care Assessment Program
Reconsiderations
GPO Box 9848
Adelaide SA 5001

3. Mintix soddisfatt/a? Itlob it-tieni reviżjoni tad-deċiżjoni ( ikun hemm ċarġ)

Jekk ma taqbilx mar-riżultat tar-reviżjoni tas-Segretarju tista’ tmur għand l-Administrative Appeals Tribunal. Ikun hemm xi ħlas. Tista’ ssib tagħrif iktar fil-websajt tal-Administrative Appeals Tribunal f’www.aat.gov.au

Għandi tħassib dwar il-provditur tas-servizz tiegħi

Għandek id-dritt li tressaq ilment dwar kull aspett tal-kura u s-servizz li tirċievi mingħand provditur ta’ servizz issussidjat mill-Gvern Awstraljan

1. L-ewel ikkuntattja lill-provditur tas-servizz tiegħek

Iddiskuti t-tħassib tiegħek mal-provditur tas-servizz tiegħek biex tara jekk jistax jirrisolvi l-kwistjoni tiegħek. Il-provdituri tas-servizz ikollhom il-proċess tagħhom tal-ilmenti li jrid ikun segwit.

2. Mintix soddisfatt/a bir-riżultat?

Jekk mintix soddisfatt/a bit-tweġiba tal-provditur tas-servizz tiegħek tista’ tressaq ilment ma’ Aged Care Quality and Safety Commission online f’www.agedcarequality.gov.au jew billi ċċempel 1800 951 822. Kulħadd jista’ jressaq ilment u s-servizz huwa bla ħlas. Tista’ tilmenta anonimament, konfidenzjalment jew bil-miftuħ. Tista’ tikkuntattja lill-Kummissjoni wkoll jekk ma tkunx kellimt lill-provditur tiegħek qabel.

Servizzi ta’ komunikazzjoni

It-Translating and Interpreting Service (TIS) huwa disponibbli jekk tinħtieġ l-għajnuna jew trid tikkomunika b’lingwa li mhix l-Ingliż.

Għal tagħrif ieħor ikkuntattja l-My Aged Care fuq 1800 200 422 (bejn 8am u 8pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa jew bejn l-10am u 2pm is-Sibtijiet). Aħna naħsbu għal interpretu biex jgħinna inwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek.

Tista’ ċċempel ukoll lit-TIS fuq 131 450. TIS ikopri iktar minn 160 lingwa u huwa disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa bi ħlas ta’ telefonata lokali.

TIS jirranġa ma’ interpretu biex jgħinek titkellem mal- My Aged Care.

In this section

  • Malti / Maltese
    Biex tifhem l-ispejjes tal-kura tal-anzjani
    Difiża
    Għajnuna biex nikkuntattja My Aged Care
    Kif tapplika għal assessar
    Kif tipprepara għall-assessar tiegħek
Back to top

Further information

  • For health professionals
  • For service providers
  • For carers
  • Support and advocacy
  • Non government-funded providers
  • Quality
  • Frequently Asked Questions
  • News and updates
  • Resources

Tools

  • Apply for assessment
  • Income and means assessments
  • Eligibility checker
  • Fee estimator
  • Non-compliance checker
  • Make a referral
  • Find a provider

Contact us

1800 200 422 (Freecall)

Mon - Fri 8am - 8pm
Saturday 10am - 2pm

More contact options
Accessible for all
Complaints
About us

  • Terms of use
  • Privacy
  • Glossary
  • Sitemap
© Commonwealth of Australia.
Site Version: 3.4.0-12-gedfca3bc-master