Skip to main content
For information on COVID-19, scheduled website maintenance and other important news, see News and updates.
My Aged Care Home My Aged Care
  • Home
  • Types of care
    • Where to start?
    • Learn about types of care
    • Am I eligible?
    • Help at home
    • Short-term care
    • Aged care homes
  • Assessment
    • The assessment process
    • How to apply for assessment
    • Prepare for your assessment
    • After your assessment
    • When to get re-assessed
    • Apply for assessment online
  • Find a provider
    • Search for a provider
    • Compare providers
    • What to consider
    • Understanding costs
    • Setting up services
  • Manage my services
    • How to make changes
    • Aged care representatives
    • Access your Online Account
  • Contact us
    • How to contact us
    • Accessible services
    • About My Aged Care
    • Complaints process
  • News
    • News and updates
    • Improving Australia's aged care system
Languages

Kif tipprepara għall-assessar tiegħek

Facebook Twitter Email Copy

Skont l-informazzjoni li tagħti matul it-telefonata tiegħek lill-My Aged Care, tista’ tkun referut/a għal assessar wiċċ imb’wiċċ biex tifhem aħjar il-ħtiġijiet ta’ sapport tiegħek.

L-assessar isir personalment fid-dar tiegħek. Ma jkollok għalfejn tmur imkien. L-assessur/a iċempillek/iċċempillek biex jara/tara meta jiġi/tiġi jżurek/iżżurek.

Xi kwalità ta’ assesar nirċievi?

Hemm żewġ tipi ta’ assessar

Assessar tas-sapport fid-dar mar-Regional Assessment Service (RAS)

Jekk jinħass li tkun tinħtieg sapport ta’ grad-baxx biex tibqa’ indipendenti f’darek, iċ-ċentru tal-kuntatti jista’ jirrikkmanda assessar għal sapport fid-dar ma’ assessur/a tar-RAS. Dan it-tip ta’ sapport huwa pprovdut permezz tal-Commonwealth Home Support Programme.

Assessar komprensiv ma’ Aged Care Assessment Team (ACAT)

Jekk jinħass li għandek ħtiġijiet ta’ kura li huma ikbar minn dawk li jista’ jissapportja l-Commonwealth Home Support Programme jista’ jkun irrikkmandat assessar komprensiv ma’ assessur/a tal-ACAT.

It-tipi ta’ kura li jista’ jassessjak għalihom ACAT jinkludu:

  • Pakketti ta’ kura fid-dar
  • Għażliet ta’ kura għal żmien qasir
  • Djar tal-kura għall-anzjani

Kif għandi nipprepara għall-assessar tiegħi?

Għal kull assessar wiċċ imb’wiċċ int għandek:

  • ikollok il-kard tal-Medicare u forma ta’ prova oħra tal-identità – bħal Department of Veterans’ Affairs card, liċenzja tas-sewqan, healthcare card jew passaport
  • ikollok kopja ta’ kull riferiment mit-tabib tiegħek
  • tara jekk tridx persuna preżenti għas-sapport
  • tlesti kull informazzjoni li diġa għandek dwar il-kura tal-anzjani li tista’ tkun trid tiddiskuti
  • ikollok id-dettalji tal-kuntatt mal-GP jew professjonisti oħra tas-saħħa  tiegħek
  • tara jekk tinħtieġx għajnuna specjali biex tikkomunika, bħal traduttur, interpretu tal-Auslan jew kelb gwida
  • ikollok l-informazzjoni fuq kull sapport li tkun qed tirċievi fil-preżent.

X’jiġri fl-assessar?

Qabel ma jibda l-assessur tiegħek jistaqsik jekk taqbilx li jkollok l-assessar. Jistgħu jitolbuk ukoll il-permess biex ikellmu lin-nies li jissapportjawk, bħal familja jew min jieħu ħsiebek.

Affarijiet oħra li jsiru waqt l-assessar tiegħek:

  • L-assessur tiegħek ikellmek dwar il-ħtiġijiet tiegħek
  • L-assessur tiegħek jaħdem miegħek biex tiżviluppaw pjan tas-sapport tiegħek
  • Tista’ tingħata xi ftit formuli biex timla.

Mistoqsijiet li tistaqsi lill-assessur

Jista’ jkun li tkun trid tipprepara xi mistoqsijiet li jkollok, per eżempju:

  • X’servizzi huma disponibbli għalija biex nilħaq il-miri tiegħi?
  • X’servizzi huma disponibbli lokalment u x’inhuma l-perjodi tal-istennija?
  • X’sapport hemm għal min idur bija?
  • Hemm provdituri tas-servizz li jitkellmu bil-lingwa tiegħi jew jirrapreżentaw it-twemminijiet reliġjużi jew kulturali tiegħi?
  • Kif nista’ nikkuntattja l-assessur jekk ikolli xi mistoqsijiet wara l-assessar?

Jista’ jkolli lil xi ħadd miegħi?

Iva. Qatt ma jkollok tkun waħdek f’dan il-proċess. Jekk tagħżel inti, membru tal-familja, ħabib/a jew min jieħu ħsiebek jistgħu jkunu miegħek waqt l-assessar tiegħek.

Jekk tinħtieġ traduttur l-assessur tiegħek jista’ jirranġalek għalih/a. Avżahom li tkun tinħtieg traduttur meta jċemplulek biex jibbukkjaw l-assessar tiegħek.

L-Older Persons Advocacy Network jistgħu jgħinuk ukoll u jagħtuk informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek. Id-difensuri huma disponibbli għall-Awstraljani kollha li jkunu qegħdin ifittxu jew jirċievu servizzi tal-kura tal-anzjani. Dan huwa servizz bla ħlas.

Ċempel in-National Aged Care Advocacy fuq 1800 700 600 (telefonata bla ħlas) jew żur il-websajt tal-Older Persons Advocacy Network f’www.opan.com.au.

Servizzi ta’ komunikazzjoni

It-Translating and Interpreting Service (TIS) huwa disponibbli jekk tinħtieġ l-għajnuna jew trid tikkomunika b’lingwa li mhix l-Ingliż. Għal tagħrif ieħor ikkuntattja l-My Aged Care fuq 1800 200 422 (bejn 8am u 8pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa jew bejn l-10am u 2pm is-Sibtijiet). Aħna naħsbu għal interpretu biex jgħinna inwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek.

Tista’ ċċempel ukoll lit-TIS fuq 131 450. TIS ikopri iktar minn 160 lingwa u huwa disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa bi ħlas ta’ telefonata lokali.

TIS jirranġa ma’ interpretu biex jgħinek titkellem mal- My Aged Care.

In this section
Malti / Maltese
Biex tifhem l-ispejjes tal-kura tal-anzjani
Difiża
Għajnuna biex nikkuntattja My Aged Care
Kif inressaq ilment
Kif tapplika għal assessar
Back to top

Further information

  • For health professionals
  • For service providers
  • For carers
  • Support and advocacy
  • Non government-funded providers
  • Quality
  • Aged care reforms
  • Frequently Asked Questions
  • News and updates
  • Resources

Tools

  • Apply for assessment
  • Income and means assessments
  • Eligibility checker
  • Fee estimator
  • Non-compliance checker
  • Make a referral
  • Find a provider
  • Help explorer
  • My guide to aged care

Contact us

1800 200 422 (Freecall)

Mon - Fri 8am - 8pm
Saturday 10am - 2pm

More contact options
Accessible for all
Complaints
About us

Footer site info links

  • Terms of use
  • Privacy
  • Glossary
  • Sitemap
© Commonwealth of Australia.
Site Version: 55dcd01f-master